Mur għall-kontenut ewlieni
EU Social Economy Gateway

L-ekonomija soċjali fil-qosor

żviluppata b'mod moderat*
Livell ta' żvilupp
1.30%**
Seham stmat ta' impjiegi
2 404**
Impjieg imħallas stmat

Għalkemm ma hemm ebda definizzjoni uffiċjali jew qafas tal-politika għal impriżi soċjali f'Malta, studju kkummissjonat mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment bl-isem "Proġett tal-Impriża Soċjali" stabbilixxa definizzjoni ta' ħidma għall-impriżi soċjali. Għaldaqstant, impriżi "b'objettivi primarjament soċjali" u li jerġgħu jinvestu "pjuttost milli jkunu mmexxija mill-bżonn li jimmassimmizzaw il-profitt għall-azzjonisti u s-sidien" jistgħu jitqiesu bħala impriżi soċjali defacto f'Malta. Skont dan l-istudju, madwar 750 organizzazzjoni tista' topera bħala impriża soċjali de facto, inklużi:

  • 394 Organizzazzjoni Volontarja (VOs)
  • 57 kooperattiva
  • 299 klabb kulturali u sportiv

Sors: Impriżi Soċjali u l-ekosistemi tagħhom fl-Ewropa, Rapporti tal-Pajjiż, Malta, 2019

 

* Għal dan is-sit web, aħna inkludejna din il-valutazzjoni kumplessiva tal-livell ta' żvilupp, din hi bbażata fuq id-data u l-informazzjoni dwar l-ekosistema tal-ekonomija soċjali disponibbli bħalissa u b'hekk għandha xi limitazzjonijiet. Madanakollu, aħna xorta nqisu li hi utli biex tkun inkluża d'din il-valutazzjoni kumplessiva.
** Sors: EESC/CIRIEC (2016) Evoluzzjonijiet riċenti tal-Ekonomija Soċjali fl-Unjoni Ewropea, jekk jogħġbok innota li din l-istima hi fuq il-livell għoli għax hi bbażata fuq it-tip ta' organizzazzjoni u ma applikatx verifika iktar ristretta għall-elementi kollha fid-definizzjoni ta' ekonomija soċjali.

Għal iktar dettalji fuq il-kwalità tad-data, ara n-nota fuq id-data tal-ekonomija soċjali tagħna.

Tradizzjoni u oriġini

Malta hi ekonomija b'suq żgħir b'wirt rikk mibni fuq assoċjazzjonijiet u kooperattivi volontarji. Fil-fatt, l-oriġini tal-impriżi soċjali tal-pajjiż imorru lura ħafna sekli u huma minsuġa b'volontarjat qawwi u inizjattivi umanitarji li spiss jitmexxew minn istituzzjonijiet reliġjużi bħall-Ordni ta' Malta.

L-għeruq prinċipali u fatturi ewlenin tal-moviment tal-impriża soċjali f'Malta jieħdu tliet forom prinċipali. Dawn huma - is-settur ta' bla skop ta' qligħ u volontarju - is-settur tal-kooperattiva u fl-aħħar nett, gruppi assoċjati mal-lobbying tal-politika pubblika.  Madanakollu, l-ivilupp tal-impriża soċjali għadu fl-istaju bikri tiegħu f'Malta.

Però, l-importanza tal-moviment tal-ekonomija soċjali f'Malta tkompli tikber. Impriżi soċjali fil-pajjiż kollu qed jibdew jgħinu biex jiġġieldu l-esklużjoni soċjali u jippromwovu l-izvilupp lokali, bil-potenzjal li jappoġġjaw gruppi vulnerabbli bħad-diżabbli, id-diżokkupati fit-tul, iż-żgħażagħ, in-nisa, u l-immigranti. Dan ta lill-gvern Malti l-impetus biex jiżviluppa struttura legali għall-ekonomija soċjali tal-pajjiż.

Kundizzjonijiet ta' qafas u l-ekosistema tal-ekonomija soċjali

Qafas tal-politika u legali 

Bħalissa, ebda qafas tal-leġiżlazzjoni jew tal-politika ma jeżisti f'Malta biex jindirizza impriżi soċjali. Fil-preżent, NGOs, organizzazzjonijiet fis-settur volontarju u kooperattivi ta' spiss jissodisfaw il-funzjonijiet ta' impriża soċjali f'Malta. Barra minn dan, hemm żewġ oqsfa prinċipali tal-politika fil-livell nazzjonali, li jippermettu l-eżistenza ta' tali impriżi soċjali de facto:

  • L-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji tal-2007 li ħalaq awtorità responsabbli għar-reġistrazzjoni u monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet volontarji kollha fil-pajjiż.
  • L-Att dwar is-Soċjetajiet Kooperattivi tal-2001, emendat fl-2007 bħalissa jipprovdi għall-kooperattivi f'Malta.

It-tnedija tal-White Paper dwar l-Att dwar l-Impriża Soċjali (2015) hi meqjusa bħala stadju importanti għall-ħolqien ta' qafas legali speċifiku għal impriżi soċjali; madanakollu, din għad trid issir liġi. Fl-2022, l-Att dwar l-Impriża Soċjali (SEA) ġie pubblikat. Dan għandu l-għan li jirregola l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta' impriżi soċjali, u jistabbilixxi Regolatur u Reġistru għal Organizzazzjonijiet ta' Impriżi Soċjali. Dan għandu jaċċellera l-izvilupp tas-settur, jintroduċi forma legali ġdida li tissejjaħ "Kumpanija Għal Skop Soċjali."

Dawk li jfasslu l-politika fil-qasam tal-ekonomija soċjali 

F'Malta, il-ministeri, il-korpi pubbliċi u r-regolaturi responsabbli biex jittrattaw suġġetti relatati mal-ekonomija soċjali u impriżi soċjali de facto huma:

  • Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozju Żgħir,
  • Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, b'mod partikolari permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Benesseri Soċjali (FSWS) – it-tnejn sal-2022,
  • Il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS),
  • Il-Kummissarju għal VOs (regolatur) u l-Bord tal-Kooperattivi (regolatur).

Networks, federazzjonijiet u entitajiet rapprezentattivi 

Żewġ networks prinċipali jistgħu jkunu identifikati f'Malta, it-tnejn li huma jirrappreżentaw l-interessi u jappoġġjaw il-kooperattivi:

Kif tinvolvi ruħek fl-ekonomija soċjali f'Malta?

Qed tfittex l-ewwel esperjenza/li tiskopri l-ekonomija soċjali?

Malta qed issir suġġett iktar popolari f'universitajiet u istituti ta' riċerka, u tipprovdi iktar opportunitajiet lill-pubbliku biex jitgħallem dwarha. L-Università ta' Malta, Take Off jew inkella l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija żviluppaw programm relatat ta' appoġġ u riċerka li jista' jinvolvi l-ekonomija soċjali u l-intraprenditorija soċjali.

Barra minn dan, it-tradizzjoni ta' xogħol volontarju għal terminu twil f'Malta għandha potenzjal kbir għall-ekonomija soċjali biex tkun sors ta' interess għall-popolazzjoni tagħha. Iż-żagħżagħ, b'mod partikolari, huma pprovduti b'opportunitajiet ġodda biex ikunu involuti f'inizjattivi bħal DoSomethingGood jew Say It!

Ikseb l-appoġġ

Minħabba n-nuqqas ta' qafas legali u politiku speċifiku għal impriżi soċjali Maltin, hu kkumplikat biex tidentifika skemi ta' appoġġ b'finanzjament pubbliku li jkunu speċifikament maħsuba għal impriżi soċjali. Is-settur ghalhekk jiltaqa' ma' ostakli multipli marbuta ma' sostenibbiltà u skalabbiltà.

Madanakollu, l-impriżi soċjali jistgħu jduru għal xi skemi maħsuba għal VOs u intraprenditorija biex jaċċessaw appoġġ pubbliku:

  • Il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) jappoġġja l-izvilupp ta' settur iktar effettiv u effiċjenti volontarju u komunitarju f'Malta permezz tal-kunsinna ta' firxa ta' servizzi ta' appoġġ u bini tal-kapaċitajiet, inklużi informazzjoni, pariri u taħriġ.
  • Il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju jappoġġja l-izvilupp ta' settur iktar effettiv u effiċjenti volontarju u komunitarju f'Malta u Għawdex permezz tal-kunsinna ta' firxa ta' servizzi ta' appoġġ u bini tal-kapaċitajiet, inklużi informazzjoni, pariri u taħriġ. Oqsma ta' appoġġ jinkludu r-regolament finanzjarjiu u kontijiet; ġestjoni tal-fondi tal-UE; assistenza teknika; impenn ta' voluntiera; u ġbir ta' fondi, komunikazzjoni u kampanji.
  • Iċ-Ċentru tal-Intraprenditorija tal-MCAST jappoġġja intraprendituri żgħażagħ biex jirnexxu fis-suq Malti billi jipprovdi taħriġ imfassal apposta għan-negozju, reġistrazzjoni tan-negozju, aċċess imsaħħaħ għas-swieq u spazju għall-iżvilupp ta' ideat u mudell ta' ħidma ta' negozju. Għalkemm dan ma jiffukax speċifikament fuq impriżi soċjali, dan jista' jkun attur importanti ladarba jkun hemm fis-seħħ qafas regolatorju. Dan jaħdem ukoll bi sħubija ma' organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ, fis-settur pubbliku u privat, filwaqt li jiffoka fuq appoġġ għal negozji ġodda biex isiru impriżi.
  • Take-Off, hu l-ewwel inkubatur teknoloġiku tan-negozju ta' Malta, ibbażat fi ħdan iċ-Ċentru għal Inkubazzjoni tal-Intraprenditorija u Kummerċ fl-Università ta' Malta. Dan jappoġġja l-ħolqien ta' intrapriżi startups ta' suċċess tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-media kreattiva bbażati fuq l-gharfien. Take-Off tappoġġja wkoll proġetti u karitajiet tal-komunità u żżomm interess speċifiku fit-twaqqif tal-impriżi soċjali

Uħud mill-inizjattivi privati jistgħu joffru appoġġ dedikat lill-entitajiet tal-ekonomija soċjali:

  • Il-Federazzjoni Kooperattiva ta' Malta (MCF) kienet stabbilita uffiċjalment f'Novembru 2012. Kienet stabbilita minn soċjetajiet kooperattivi f'diversi setturi ta' suċċess tal-ekonomija Maltija. Il-Federazzjoni tipprovdi servizzi varji lill-membri tagħha, inklużi viżibilità, appoġġ, edukazzjoni, taħriġ, u informazzjoni. Barra minn dan, l-MFC taġixxi bħala lobby importanti għar-rikonoxximent ta' impriżi soċjali Maltin.
  • Kooperattivi Malta hi federazzjoni tal- kooperattivi f'Malta, l-biċċa l-kbira magħmula minn kooperattivi tal-agrikoltura, tat-trasport u tas-sajd. L-għan prinċipali tal-organizzazzjoni hu li tirrappreżenta u tippromwovi l-moviment kooperattiv u li tipprovdi servizzi vitali lill-membri tagħha fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-konsulenza maniġerjali.
  • Il-pjattaforma CORE tippromwovi tagħlim reċiproku fuq ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva u tista' tipprovvdi opportunitajiet ta' sħubija lill-atturi tal-ekonomija soċjali u s-soċjetà ċivili.

Finanzjament

Fejn jidħlu skemi ta' appoġġ, ma hemm ebda finanzjament dedikat għall-impriżi soċjali. Madanakollu, għadd ta' VOs u kooperattivi jistgħu jaċċessjaw skemi ta' għotjiet biex jiżviluppaw l-għanijiet soċjali tagħhom. VOs jistgħu jaċċessjaw notevolment il-finanzjament permezz ta' sħubija pubblika-privata mal-gvern. VOs jidentifikaw bżonn soċjali u jidħlu f'diskussjoni mal-gvern biex isiru fornituri ta' servizz fuq dan is-suġġett speċifiku. B'mod ġenerali, ftehimiet bejn VOs u l-ministeri rilevanti jieħdu tliet snin.

Barra minn dan, il-finanzjament tal-UE kellu rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta' impriżi soċjali kemm bħala kunċett kif ukoll bħala prattika f'Malta. Programmi tal-UE taw spinta lill-izvilupp ta' proġetti marbuta mal-ekonomija soċjali permezz ta' linji baġitarji differenti. Fl-ambitu tal-Programm ESF+ 2021-2027 għal Malta, EUR 0.6 miljun huma allokati biex jappoġġjaw l-izvilupp tal-ekonomija soċjali u l-impriżi soċjali. Appoġġ hawn ser jgħin individwi jidentifikaw il-potenzjal tagħhom permezz ta' taħriġ, mentoraġġ, coaching, u titjib fil-ħiliet, għarfien, u kompetenzi, fost oħrajn. L-informazzjoni kollha relatata mal-fondi tal-UE f'Malta, inklużi applikazzjonijiet u kalendarju ta' sejħiet li jmiss, tista' ssibhom fuq https://fondi.eu/.

Minbarra minn finanzjament pubbliku, finanzjament jista' jkun fornut minn:

  • Banek: Uħud mill-impriżi soċjali de facto jiddependu fuq banek tradizzjonali jew il-bank etiku APS Bank, Malta.
  • Mikrofinanzi: Malta Mikrofinance Ltd. hija istituzzjoni finanzjarja bla skop ta' qligħ li twaqqfet fl-2013 minn St. Andrew's Scots Church, u hi liċenzjata u regolata mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA). Din toffri finanzjament alternattiv għal gruppi żvantaġġjati oħra li ma jistgħux jaċċessjaw servizzi bankarji.)
  • Finanzjament kollettiv: Finanzjament kollettiv beda jieħu spinta mill-2016 f'Malta minħabba t-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Promozzjoni ta' Inizjattivi Intraprenditorjali li ħalqu ZAAR- pjattaforma ta' finanzjament kollettiv abbażi ta' donazzjonijiet/premjijiet.
  • Fondazzjonijiet marbuta ma' impriżi privati jistgħu jappoġġjaw is-settur soċjali, u joffru għotjiet fuq inizjattivi relatati ms-CSR.
  • Finanzjament tan-Network: Malta għandha wkoll ftit eżempji ta' “finanzjament tranżitorju” jew “finanzjament tan-network”.

Fil-każ ta' impriżi soċjali reġistrati taħt l-Att dwar is-Soċjetajiet Kooperattivi, aċċess għal finanzjament hu assikurat ukoll mill-Fond Ċentrali tal-Kooperattivi (CCF), aġenzija ta' finanzjament, fondi ta' riżerva u solidarjetà li tindirizza l-bżonn ta' finanzjament tal-kooperattivi Maltin.

 

 

Tgħallem aktar dwar l-ekonomija soċjali f'Malta

Rapporti 

Vuċijiet tal-Ekonomija Soċjali

Social Economy Voices - This is COOP, Malta Social Europe